Lokali

Il-PN japprova 21 kandidat ieħor għall-elezzjoni ġenerali

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista approva 21 kandidat ieħor għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan il-grupp jiżdied mat-13-il kandidat li kienu diġà ġew approvati fil-ġimgħat li għaddew. B’hekk, it-total ta’ kandidati li diġà ġew approvati għall-elezzjoni li jmiss issa hu ta’ 34.

F’kummenti wara din id-deċiżjoni, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li “il-Partit Nazzjonalista qed jiġġedded. Meta lħaqt Kap tal-Partit, jien wegħdt li se nġedded il-Partit u hekk qed nagħmel. F’sena u nofs, diġà għamilna bosta bidliet, iżda se nkomplu nagħmlu aktar biex nippreżentaw alternattiva aktar ġdida u aktar effettiva”.

Il-kandidati approvati lbieraħ huma: Albert Buttigieg, Charles Selvaggi, Caroline Galea, Joseph Attard, Joanna Agius, Mark Anthony Sammut, Graziella Galea, Karl Gouder, Edwin Vassallo, Kevin Cutajar, Justin Fenech, David Vassallo, Evelyn Vella Brincat, Michael Asciak, Giorgio Schembri, Philip Mifsud, Josianne Cardona Gatt, Noel Muscat, Jacqueline Azzopardi, John Zammit Montebello u Mario Rizzo Naudi.

Dawn jiżdiedu ma’ Alan Abela Wadge, Simone Aquilina, Dounia Borg, Roselyn Borg, Charlene Camilleri Zarb, Charlot Cassar, Ryan Mercieca, Aaron Micallef, Angelo Micallef, Alessia Psaila Zammit, Graziella Schembri, Justin Schembri u Hermann Schiavone.

Fil-laqgħa tal-bieraħ, ġew approvati wkoll numru ta’ kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li se jsiru fil-11 ta’ April li ġej.