Internazzjonali

KAŻ IEĦOR F’PARIĠI: karozza misjuqa għal fuq Pulizija

Pulizija mara sfat feruta wara li karozza saqet one-way għal fuqha, meta hi kienet għassa quddiem ir-residenza privata tal-President Francois Hollande.

Il-każ jidher li seħħ matul il-lejl li għadda.

L-aħbar ġiet żvelata mill-istazzjon Franċiż BFM TV, fejn qed jingħad li l-Pulizija f’Pariġi arrestaw żewġ persuni b’rabta mal-inċident. Mhux magħruf eżatt jekk hemmx rabta mal-attakki tal-ġimgħa l-oħra li fihom tilfu ħajjithom 17-il persuna.