Internazzjonali

L-ewwel edizzjoni ta’ Charlie Hebdo mill-attakk: Għall-bejgħ fuq Ebay għal mijiet ta’ dollari

L-ewwel edizzjoni tar-rivista Franċiża Charlie Hebdo, li minnha ġew ipprintjati 5 miljun kopja, qed tinbiegħ fuq Ebay għal prezzijiet li jibdew minn madwar $100 għal prezzijiet li saħansitra jlaħħqu l-eluf. Dan meta kopja ta’ din ir-rivista oriġinarjament tinbiegħ biss għal €2.

F’każ partikolari, persuna li fuq Ebay qed ibiegħ kopji ta’ din ir-rivista għal $89 biegħ 514 kopja waqt li bi prezz ta’ $100, bejjiegħ ieħor irnexxielu jbiegħ 51 kopja f’inqas minn 24 siegħa. Bejjiegħ ieħor biegħ 212-il kopja bi prezz ta’ $148.

Posters tal-faċċata tar-rivista qed jinbiegħu għal prezz ta’ $12 b’bejjiegħ minnhom li diġa’ biegħ 124 kopja.