Imħawda u mbeżżgħa, kelba żgħir tat-tip cocker spaniel, daret madwar il-katavri tal-ħbieb tagħha – il-ġurnalisti u dawk li kienu joħolqu l-karikaturi tar-rivista Charlie Hebdo.
Tiġri minn uffiċċju għal uffiċċju, il-kelba kienet xhud silenzjuż tal-orrur li kien qed jiżviluppa u li mbagħad ħasad lid-dinja.
Bħala kelba u mascot tal-istaff, Lila kienet familjari u maħbuba mill-ġurnalisti u na’ kien min imur fil-kwartieri ta’ Charlie Hebdo.
Lila kienet tilqa’ lil kulħadd bit-tixjir ta’ denbha iżda f’dik l-għodwa, dakinhar tal-qtil, il-kelba kienet qrib il-favorit tagħha – il-karikaturist Jean Cabut – li kien magħruf bħala ‘Cabu’.
Dakinhar Jean Cabut daħal fl-uffiċċju jżomm perżuta kbira mgeżwra f’borża, rigal għall-ewwel konferenza editorjali tar-rivista fis-sena l-ġdida.
Lila kienet taf li ‘Cabu’ kien ġeneruż ħafna magħha u allura qagħdet qrib tiegħu hekk kif ħa postu mal-mejda fejn il-kollegi tiegħu kienu miġbura.
Aktar kmieni, Lila laqgħet lill-istaff wieħed, wieħed hekk kif daħlu fl-uffiċċju, iddur ħdejn saqajhom, u kuntenta li rathom ilkoll flimkien.
F’intervista kommoventi li tat lil Le Monde, Sigolene Vinson, ġurnalista tal-qorti mar-rivista satirika, ħarset lejn il-kelba ferħana hekk kif fissret l-orrur tas-7 ta’ Jannar.
Wieħed wieħed, b’ebda ħin għal reazzjoni, il-kollegi tagħha ġew maqtula.
Sigolene, li ħalliet il-kamra tal-konferenzi għall-kċina, bdiet titkaxkar fuq idejha u fuq għarkobbtejha sa uffiċċju ieħor, hekk kif beda l-isparar.
Minn wara l-kantuniera, raġel mgħammad ħareġ u pponta machine-gun lejha. Kien Said Kouachi. Hi tiftakar: “Ħares lejja u qalli: Tibżax, ibqa’ kalma. Mhux se noqtlok. Aħna ma noqtlux lin-nisa”.
“Iżda aħseb dwar x’qed tagħmel. Dak li qed tagħmel hu ħażin. Qed inħenn għalik biex inti taqra l-Qur’an.”
Iddisprata biex ma tikxifx lil dawk li kienu għadhom ħajjin – irġiel u nisa – Sigolene qalet iva. Hi baqgħet fejn kienet sakemm semgħet lit-terroristi jitilqu, mbagħad tkaxkret lejn ix-xena orribbli fil-kamra tal-konferenzi.
“Hekk kif kont mal-art, mhux ċerta li t-terroristi verament telqu mill-post, smajt l-isparar fil-bogħod, fit-triq.”
“Imbagħad smajt lil Lila bil-passi żgħar tagħha.
Sigolene tieħu pawsa biex tfisser il-ħsejjes ta’ saqajn l-annimal hekk kif il-kelba mxiet minn uffiċċju għal uffiċċju tfittex lill-maħbub tagħha, issa mejjet, Jean Cabut.
//= $special ?>

