L-Ewropa qed tħabbat wiċċha mal-akbar theddida terroristika mill-2001, b’madwar 3,000 u 5,000 Ewropew li ngħaqdu fil-ġiħad mal-estremisti Iżlamiċi.
Rob Wainwright, id-direttur tal-Europol – l-aġenzija Ewropea tal-pulizija, wieġeb mistoqsijiet f’kumitat tal-House of Commons. Hu qal lill-membri parlamentari li “bejn 3,000 u 5,000 ċittadin Ewropew telqu mill-Ewropa biex jiġġieldu fis-Sirja, fl-Iraq jew f’zoni ta’ konflitt oħrajn.
“Qed nitrattaw ma’ grupp enormi ta’ żgħażagħ li għandhom il-potenzjal li jiġu lura, u għandhom l-intenzjoni, jekk mhux il-kapaċità, li jwettqu attakki bħalma rajna f’Pariġi matul il-ġimgħa li għaddiet,” qal Wainwright.
S’issa l-Europol ġabret madwar 2,500 isem ta’ persuni suspettati.
Wainwright saħaq li s-Sirja u l-Iraq m’humiex l-uniċi pajjiżi li qed jibdlu, b’mod radikali, lil ġellieda Ewropej. Wainwright innota problema partikulari fejn ġenerazzjoni ġdida ta’ terroristi qed tuża l-internet “bl-aktar mod aggressiv u bl-aktar mod immaġinattiv”.
//= $special ?>