Il-Papa Franġisku beda żjara fil-Filippini – żjara ta’ ħamest ijem lit-80 miljun Kattoliku Ruman li jgħixu fil-pajjiż.
Il-Papa ntlaqa’ fl-ajruport ta’ Manila mill-President Benigno Aquino filwaqt li l-qniepen tal-knejjes daqqew madwar il-pajjiż biex ingħata merħba.
Il-qofol taż-żjara tal-Papa se tkun quddiesa f’zona kbira fil-miftuħ f’Manila nhar il-Ħadd kif ukoll żjara f’Tacloban sabiex jiltaqa’ ma’ min salva mit-tifun devastanti li ħakem lill-pajjiż f’Novembru tal-2013.
Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.
//= $special ?>