L-ewwel barrani li ffirmaw Birkirkara f’dan is-suq tat-trasferimenti hu l-attakkant Olandiż ta’ 29 sena Nassir Maachi. Il-firma tal-plejer waslet illum wara nofsinhar, jumejn wara li t-trasferiment kien żvelat minn Replay (Net Television) fuq dan is-sit (ara hawn).
Nassir wasal f’pajjiżna u attenda għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ ma’ Birkirkara nhar l-Erbgħa, bil-firma tiegħu tasal wara li għadda mit-testijiet mediċi.
Maachi għandu CV mill-iktar interessanti. Hu tela’ mill-akkademja ta’ Utrecht, klabb li ddebutta miegħu fl-istaġun 2005/06. Wara hu lagħab ukoll għal FC Dorbrecht, SC Cambuur u FC Zwolle, dejjem fl-Olanda.
Fl-2012 imbagħad Maachi ngħaqad ma’ AEK Larnaca f’Ċipru fejn qatta’ żewġ staġuni, lagħab 41 logħba u skurja 13-il gowl qabel skadielu l-kuntratt f’Mejju tal-2014.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>