Lokali

NEWSDESK: Id-dinjità tal-ħaddiem u t-transfers

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar id-drittijiet u d-dinjità tal-ħaddiema fis-seklu 21. Il-mistiedna huma r-rappreżentanti tal-akbar żewg unions f’Malta, il-Union Ħaddiema Maqgħqudin (UĦM) u l-General Workers Union (GWU), flimkien mar-rappreżentant tas-Solidarjeta’ Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN).

Barra minn hekk, se tkun diskussa wkoll is-sitwazzjoni tal-ħaddiema maċ-Ċivil u n-numru kbir ta’ transfers li ngħataw f’dawn l-aħħar xhur. Dawn it-transfers huma ġustifikati jew hemm motivazzjonijiet oħra warajhom?

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5pm fuq Radio 101

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew tibgħat e-mail fuq studio@radio101.com.mt.