Il-Ministru għad-Difiża fir-Renju Unit se jordna f’kemm jiswew 228 miljun Lira Sterlina f’missili sabiex il-Gżejjer Falklands ikunu protetti. Dan hekk kif l-Arġentina qed issaħħaħ il-qawwa tal-ajru tagħha.
It-territorju Ingliż fin-Nofsinhar tal-Baħar Atlantiku bħalissa jinsab imħares minn missili Rapier, li huma armi qodma.
Matul ix-xahar li għadda, kien rappurtat li l-Arġentina kienet qed tfittex biex issaħħaħ il-qawwa tal-ajru billi tikri ajruplani militarui mir-Russja.
F’Mejju tas-sena li għaddiet, il-Ministeru għad-Difiża ħabbar li ta kuntratt ta’ 36 miljun Lira Sterlina lill-kumpanija tal-missili MBDA UK. Dan sabiex ikunu esplorati l-kapaċitajiet ta’ FLAADS – sistema bażata fuq l-art ta’ difiża minn attakki mill-ajru.
Il-missili minn din is-sistema jistgħu jivjaġġaw 1,000 metru kull sekonda u jiddefendu kontra xi theddid, fosthom ajruplani tal-ġlied jew cruise missiles li jkunu sparati b’veloċita’ supersonika.
//= $special ?>