Il-problema tal-iffullar fl-Isptar Mater Dei qed twassal ukoll biex titneħħa d-dinjita’ tal-pazjenti hekk kif fl-aħħar sigħat ngħatat ordni li l-infermieri jorbtu lill-pazjenti li jbagħtu mid-dimensja. F’xi każi, qraba tal-pazjenti li tkellmu magħna spjegaw li qrabathom intrabtu mas-siġġu b’liżar.
Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li l-ordni ngħatat wara li l-ammont kbir ta’ pazjenti fl-Isptar qed twassal biex l-infermieri ma jistgħux ilaħħqu mal-ammont ikbar ta’ xogħol.
Għalhekk ittieħdet din id-deċiżjoni drastika biex ikun żgurat li xi pajzjent jew pazjenta ma jitilqux mill-Isptar u, minħabba l-kundizzjoni tagħhom, jispiċċaw jintilfu.
Ninsabu nfurmati li l-infermieri stess mhux komdi b’din is-sitwazzjoni għaliex jafu li din il-miżura xejn mhi dinjituża u tmur kontra l-etika tax-xogħol tagħhom.
//= $special ?>