Birkirkara u Floriana qed jiddisktu l-possibilta’ ta’ tpartit tal-plejers Leighton Grech u Clyde Borg. Jekk dan it-trasferiment iseħħ, allura Birkirkara jridu jżidu somma flus biex jikkumpensaw għad-differenza.
Madankollu s’issa għadu ma ntlaħaq l-ebda qbil u l-Istripes qed jikkunsidraw aktar l-offerta finanzjarja ta’ Qormi li hi ftit inqas minn €45,000 ewro; l-ammont mitlub minn Birkirkara.
Għaldaqstant sa llum Leighton Grech hu eqreb li jkun trasferit lil Qormi milli lil Floriana.
Dan hu l-aħħar żvilupp waqt li Birkirkara komplew id-diskussjonijiet ma’ Qormi u Floriana.
Floriana kienu diġa’ għamlu offerta lil Birkirkara madankollu din kienet rifjutata, minkejja li din kienet tissupera l-ammont ta’ €30,000 li Birkirkara ħallsu lil Hibernians meta akkwistawh l-ewwel darba.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>