Internazzjonali Saħħa

Sewwieqa fir-Renju Unit se jkunu ttestjati dwar jekk ħadux id-droga

Uffiċjali tal-pulizija fir-Renju Unit, għall-ewwel darba, se jkunu jistgħu jwaqqfu lis-sewwieqa għad-droga wara li l-Home Office, jew aħjar il-Ministeru għall-Intern Ingliż, approva l-ewwel apparat mobbli li se jkunu wżat mill-pulizija dwar id-droga.

L-apparat magħruf bħala d-Drugwipe se jittestja għall-kokaina u għall-kannabis minn kampjun meħud mill-bżieq u li r-riżultat tiegħu jiġi wara tliet minuti.

Dan l-apparat se jippermetti lill-pulizija tat-traffiku biex jittestjaw lis-sewwieqa milli jeħduhom fl-għassa tal-pulizija. Dan ifisser li n-numru ta’ testijiet u ta’ persuni li jintbagħtu l-ħabs mistenni jogħla hekk kif l-apparat jiġi wżat mill-pulizija.

Test pożittiv hu indikat bid-dehra ta’ linji ħomor fuq l-apparat, simili għal test tat-tqala. Jekk it-test jirriżulta pożittiv, il-pulizija jieħdu lis-sewwieq lejn l-eqreb għassa għal test tad-demm, li mbagħad jiġi wżat f’kull prosekuzzjoni.

Il-Home Office qed jistma li madwar 200 persuna kull sena jinqatlu minn sewwieqa li jkunu taħt l-effett tad-droga.