Tfajla fl-Istati Uniti qattgħet tliet snin minn ħajjitha konvinta li kienet mejta minħabba kundizzjoni medika rari magħrufa bħala Walking Corpse Syndrome.
Haley Smith, ta’ 17-il sena sofriet mill-marda tassew rari, il-Cotard’s Syndrome.
Min ibati minn din il-marda ġenwinament jemmen li hu mejjet, jew inkella partijiet minn ġismu m’għadhomx jeżistu, u xi wħud imutu bil-ġuħ għax iħossu li m’għandhomx għalfejn jieklu.
Iżda bl-għajnuna ta’ terapista, u ta’ films ta’ Disney, Haley Smith irkuprat.
Każi ta’ Cotard’s Syndrome imorru lura għall-1788 iżda mbagħad ġiet formalment identifikata mill-ispeċjalista Franċiż, Jules Cotard fl-1880.
Fost in-numru ta’ każi li żviluppaw matul is-snin hemm dak ta’ mara ta’ 53 sena fi New York li fl-2008 qalet li hi tnitnet għax ħasbet li mietet.
Bħall-kundizzjoni bipolar disorder jew l-iskizofrenija, Cotard’s Syndrome hi forma oħra ta’ psikożi li tiddeludi. Dawk il-persuni b’din il-kundizzjoni xi kultant jiddeskrivu nuqqas ta’ demm, nuqqas ta’ organi jew ta’ partijiet mill-ġisem.
Din ir-realtà mgħawġa hi kawżata minħabba funzjoni ħażina f’parti mill-moħħ.
Konxja li l-marda hi rari ħafna, Haley Smith mill-istat ta’Alabama fl-Istati Uniti, iddeċidiet li titkellem biex tappoġġja lil ħaddieħor.
//= $special ?>