Il-bini tal-Qorti reġa’ safa fil-mira ta’ persuna mhux magħrufa li għamlet theddida ta’ bomba. Kif normalment jiġri, u hi l-proċedura, kulħadd ġie evakwat mill-post.
Madankollu, informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com tgħid li mhux kulħadd kellu dik ‘ix-xorti’, hekk kif grupp ta’ persuni li dalgħodu kienu qed jagħmlu l-eżamijiet tal-warrant ma qalulhomx biex joħorġu.
Għaldaqstant, filwaqt li bħalissa għaddejjin it-tfittxijiet skont ir-rutina, il-persuni baqgħu ġewwa biex ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin bl-eżami.
Aktar dettalji kif jaslulna …
//= $special ?>