Spanjol mar tmien xhur ħabs u ġie mmultat €750 wara li ammetta li ttraffika d-droga kannabis. Il-każ seħħ fis-27 ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet.
Fil-Qorti, l-Ispettur Pierre Grech, li mexxa l-Prosekuzzjoni, qal li Joseph Boatimah inqabad fil-fatt jgħaddi żewġ pakketti ta’ kannabis lil barrani ieħor, Razva-Claudiu Dobritanu. Fil-Qorti, Dobritanu qal li hu kien xtara d-droga mingħand l-akkużat għal €30.
Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras qalet li l-imputat ammetta wara li l-Prosekuzzjoni ippreżentat ix-xhieda tagħha, imma din l-ammissjoni ma tistax titqies bħala waħda bikrija. Għaldaqstant il-Qorti qalet li l-imputat ma għandu jgawdi minn l-ebda tnaqqis fil-piena.
//= $special ?>