It-tniġġiż tal-arja f’Beijing, il-kapitali taċ-Ċina, żdied għal livelli perikolużi — tant li qabeż b’20 darba l-limitu rakkomandat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).
Filwaqt li s-‘smog’ qed jaħkem zoni kbar ta’ Beijing, il-viżibbilta fil-belt partikolari ilha baxxa min-nhar is-Sibt, b’ħafna residenti qed joħorġu fit-toroq bil-maskli protettivi.
L-esperti, intant, qalu li l-emissjonijiet tal-karozzi u l-proġetti tal-kostruzzjoni fil-belt qed jaħtu għal din is-sitwazzjoni.
L-ibliet taċ-Ċina spiss ikunu koperti minn ‘smog’ oħxon. Fil-fatt, il-belt ta’ Beijing, is-sena l-oħra, għaddiet minn kriżi tal-arja mniġġża li damet għall-ġranet. Intant, il-Gvern taċ-Ċina qal li, minn Marzu, għandu jipprojbixxi l-bini tal-impjanti ġodda għall-irraffinar taż-żejt u l-produzzjoni tal-azzar, il-konkoż u l-mezzi tal-enerġija.
//= $special ?>