Futbol Sport

Żewġ Belġjani bi prova ma’ Pieta Hotspurs

Wara li fl-aħħar jiem ħabbarna li żewġ Belġjani mistennija f’pajjiżna bi prova ma’ Pieta’ Hotspurs, fuq il-paġna ta’ Replay (Net Television) kienu żvelati l-ismijiet tagħhom:

Dieu-Donne Nzembani-Biaka għandu 20 sena li jispikka għat-teknika, ħeffa u l-kapaċita’ quddiem il-lasta. Matul il-karriera tiegħu hu lagħab għal Berchemsport, Sk Lierse, Rafc Antwerp, Rochus Deurne, Ternesse, Waasland-Beveren, Lyra u Ksv Temse fil-Belġju, kif ukoll għal Fc Jelka-Joka u Msk Hurbanovo fis-Slovakkja.

Dan il-plejer għandu wkoll dixxindenza mill-Congo tant li kien parti minn selezzjoni tal-iskwadra U21 madankollu m’għamiliex mal-iskwadra finali.

Dieu-Merci Ditutala hu attakkant ta’ 24 sena li jagħmel mill-ħeffa, is-saħħa fiżika, it-teknika u l-kapaċita’ 1 on 1 bħala l-kapaċitajiet ewlenija tiegħu.

Ditutala s’issa dejjem lagħab fil-Belġju ma’ R.Cappellen Fc, K.V.Turnhout, Redstar waasland, K.Berchemsport u K.Merksem.S.C. ħlief għal esperjenza fi Franza ma’ Olympique Noisy-Le-Sec.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).