Matul is-sena li għaddiet ingħataw 273 ċitazzjoni waqt spezzjonijiet li saru fit-toroq. B’kollox saru 1,634 spezzjonijiet fit-toroq li matulhom, kważi nofs il-vetturi li saritilhom spezzjoni (49.9%), m’għaddewx.
Id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea staqsa fil-Parlament lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Joe Mizzi; jagħti tagħrif dwar kemm saru spezzjonijiet tal-vetturi fit-toroq matul is-sena li għaddiet, fejn u meta saru, u kemm ittieħdu passi kontra min kien bil-vetturi.
Il-Ministru Joe Mizzi wieġeb li l-akbar numru ta’ spezzjonijiet saru fil-Mosta, 15; filwaqt li f’Birżebbuġa, f’Għawdex u f’Ħal Far saru 11.
Dawn l-ispezzjonijiet saru matul il-ġimgħa u mhux is-Sibt u l-Ħadd.
//= $special ?>