1,345 sewwieq kellhom punti mnaqqsa
Matul is-sena li għaddiet kien hemm 1,345 sewwieq li kellhom punti mnaqqsa minn Transport Malta minħabba kontravenzjonijiet tat-traffiku. 58 persuna tilfu l-liċenzja tas-sewqan minħabba t-telf ta’ punti.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament għal tweġiba tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, li staqsa wkoll lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu liċenzji ġodda għal sewwieqa ta’ vetturi f’Malta matul l-2014, u kemm tilfuha minħabba t-tnaqqis ta’ punti minħabba kontravenzzjonijiet tat-traffiku.
Il-Ministru Joe Mizzi qal li Transport Malta, matul is-sena li għaddiet, ħarġet 5,077 liċenzja ġdida għal sewwieqa ta’ vetturi f’Malta. It-tip ta’ liċenzja li ngħataw dawn is-sewwieqa hi bi prova (probationary licence).
Minn dawn il-5,077 persuna li ħadu l-liċenzja din is-sena, kien hemm tlieta minnhom li tilfu l-liċenzja tagħhom minħabba t-tnaqqis ta’ punti minħabba kontravenzjonijiet tat-traffiku.
//= $special ?>