Anzjan ta’ 70 sena, li jgħix waħdu jinsab f’qagħda kritika wara li nstab mitluf minn sensih fid-dar tiegħu fi sqaq fi Triq il-Karmnu, Luqa.
Jirriżulta li dalgħodu, għal ħabta ta’ l-9:40am, l-anzjan instab mitluf minn sensieħ.
Minn tagħrif li għandna jidher li wara li r-raġel kien ilu ma jidher għal diversi jiem, xi qraba informaw lill-Pulizija u minn naha tagħhom marru mmedjatament id-dar tal-anzjan.
Wara li ma rrisponda ħadt, huma sgassaw il-bieb, li kien qiegħed jinżamm b’lasta ta’ xkupa u daħlu fir-residenza tal-anzjan.
Il-kundizzjoni tal-post għamilha difficli li ssir tfittxija għall-anzjan u għalhekk issejħet l-assistenza tas-Sezzjoni tal-Forensika u tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jintuża l-apparat protettiv tagħhom biex jidħlu fir-residenza.
Wara tfitxijiet diffiċli li saru fuq il-post, l-anzjan instab mitluf minn sensieħ fis-sular ta’ fuq.
Ir-raġel ittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Sadanittant, għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet biex jiġi stabbilit x’wassal biex ir-raġel intilef minn sensih.
//= $special ?>