Anzjan ta’ 71 sena minn San Ġwann sofra feriti gravi wara li dalgħodu ttajjar minn vann f’San Ġwann stess.
Jirriżulta li għall-ħabta tas-7am l-anzjan kien għaddej minn Triq San Ġwann tal-Għargħar meta ttajjar mill-vann, tat-tip Toyota, misjuq minn Ingliż ta’ 42 sena residenti San Ġwann ukoll.
Fil-post wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna lill-anzjan qabel ma ttieħed l-Isptar għal aktar kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>