Bħalissa Pieta’ Hotspurs għandhom bi prova magħhom l-attakkant Niġerjan ta’ 29 sena Charles Naemeka Newuch.
L-isem ta’ dan il-plejer kien żvelat għall-ewwel darba fil-media lokali waqt il-programm Replay ta’ nhar il-Ħadd li għadda.
Dan il-plejer, li wasal Malta nhar il-Erbgħa li għadda, għandu CV interessanti tant li lagħab 23 partita u skorja 12-il gowl mat-tim nazzjonali Niġerjan ta’ taħt l-20 sena.
Hu kien qed jilgħab l-aħħar il-Litwanja iżda lagħab ukoll fil-Gorġja, Moldova u l-Ukrajna.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>