Futbol Sport

Furjaniż jissieħeb ma’ Sliema Wanderers

Sliema Wanderers akkwistaw lill-midfielder prodott ta’ Floriana, Joseph Borg. Dan il-plejer għandu 27 sena u l-akkwist tiegħu kien mixtieq mill-kowċ Stephen Azzopardi li kien qed ifittex plejer fir-rwol ta’ nofs il-grawnd.

Fis-Sajf li għadda Borg kien ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Floriana għal sentejn oħra madankollu dan l-istaġun lagħab biss erba’ partiti fl-iskwadra tal-kowċ Taljan Giovanni Tedesco.

L-akkwist ta’ Borg jerġa’ isaħħaħ id-dipartiment tal-midfield wara li aktar kmieni dan ix-xahar Sliema Wanderers tilfu lit-Taljan Fabio Mangiacasale li ħalla Malta għax kien homesick u ssieħeb lill-klabb Taljan ta’ Aversa Normanna fil-Pro Lega.

Din il-ġimgħa Sliema ħabbru ukoll l-akkwist ta’ Pedro Calcado mingħand Mosta kif ukoll lill-midfielder avvanzat minn Niġerja, Wisdom Ifeany, b’dan tal-aħħar b’kuntratt ta’ amateur. Fil-passat Ifeany lagħab ma’ St. George’s.

Iktar aħbarijiet dwar il-futbol lokali fuq Replay (Net Television).