Futbol Sport

Ħamrun Spartans japprovaw is-self ta’ Claudette Xuereb ma’ Hibernians

L-aħbar li żvela dan is-sit u Replay (Net Television) iktar minn ġimgħa ilu issa kkonfermata hekk kif nistgħu niżvelaw li Ħamrun Spartans qablu li jisilfu lil Claudette Xuereb lil Hibernians.

Biex dan it-trasferiment isseħħ jonqos biss li jidħlu l-karti għand l-MFA. Filfatt Claudette mistennija tiddebutta mal-klabb ġdid tagħha nhar it-Tlieta li ġej kontra Mġarr.

Claudette għand għandha biss tmintax-il sena imma ilha seba’ staġuni tilgħab futbol kompetittiv. Minbarra Ħamrun Spartans, hi lagħbet ukoll għal Mġarr, Gozo F.C. u issa Hibernians.

Ħadet sehem ukoll fl-aħħar żewġ qualifiers tal-U19s mat-tim nazzjonali ta’ Malta u skurjat l-ewwel gowl man-nazzjonal fir-rebħa t’a 2-1 kontra l-Ażjerbajġan.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).