Internazzjonali Saħħa

Imxi 20 minuta u tgħix aktar

Mixja b’ritmu mgħaġġel, ta’ 20 minuta kuljum, tista’ iżżid is-snin lil ħajtek. Fi twissija iebsa kontra kulmin ma jagħmel ebda tip ta’ eżerċizzju, xjenzati saħqu li n-nuqqas ta’ eżerċizzju joqtol lil ħafna nies.

Studju li sar mill-Università ta’ Cambridge fuq 334,000 persuna rriżulta li anki ammont żgħir ta’ attività tista’ ittawwal il-ħajja. U l-iktar persuni li m’humiex attivi fiżikament huma l-aktar li għandhom jibbenefikaw.

Għoxrin minuta mixi kuljum – jew l-ekwivalenti tiegħu – inaqqas ir-riskju ta’ mewta qabel iż-żmien bi kważi terz.

Ir-riċerkaturi ma setgħux jgħidu kemm tista’ tittawwal il-ħajja permezz ta’ dan l-eżerċizzju, biex wieħed jinbidel minn ‘inattiv’ għal ‘moderatament inattiv’.

Anki min ikollu piż żejjed jista’ jistenna 16 fil-mija tnaqqis mir-riskju, ta’ 16 fil-mija, li jmut qabel iż-żmien. Dawk li jkollhom piż b’saħħtu jistgħu jiggwadanjaw bi 30 fil-mija.