Tkompli s-saga dwar it-trasferiment ta’ Leighton Grech minn ma’ Birkirka għal ma’ Floriana jew Qormi.
Wara li kienet il-paġna ta’ Replay li żvelat l-ewwel u b’esklussivita’ li Birkirkara talbu liż-żagħżugħ Clyde Borg ta’ Floriana sabiex dan ikun inkluż fit-trasferiment, issa jidher li l-plejer m’huwiex interessat li jħalli lill-Greens.
Jingħad li f’dan ix-xahar ta’ trasferimenti, Qormi kienu diġa’ għamlu offerta lil Floriana għall-akkwist ta’ Borg madankollu din l-offerta kienet miċħuda anke għaliex Borg hu wieħed mill-aqwa talenti li għandhom Floriana.
Għaldaqstant il-possibilta’ ta’ tpartit ta’ plejers bejn Birkirkara u Floriana tidher remota u sal-lum l-uniku mod kif Grech jista’ jkun trasferit lil Floriana hu jekk dawn joffru lil B’Kara l-ammont mitlub għall-plejer ta’ 45,000 ewro.
Minn naħa l-oħra Qormi resqu viċin għal dan l-ammont iżda sal-lum Birkirkara qed iżommu sod milli jaċċettaw kwalunkwe offerta oħra sakemm ma tkunx tlaħħaq l-ammont mitlub minnhom.
Dan kollu kompla jikkomplika t-trasferiment ta’ Grech hekk kif fil-verita’, u mhux kif qalet sezzjoni oħra tal-media f’pajjiżna, għalkemm Birkirkara huma interessati fl-akkwist tad-difensur Arġentin Maurizio Mazzetti, fl-ebda mumemt Qormi qatt ma nkludew lil Mazzetti fin-negozjati għall-akkwist ta’ Grech.
Qormi qed jikkonsidraw it-trasferiment ta’ Mazzetti bħala trattativa differenti u separata anke għaliex il-Qriema qed jitolbu ferm iktar għall-Arġentin milli Birkirkara qed jitolbu għal Grech.
Iktar aħbarijiet dwar il-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

