Futbol Sport

L-ebda ftehim bejn Qormi u ż-żewġ Serbi bi prova

Iż-żewġ plejer Serbi, Vujovic Zoran u Stojmirovic Aleksandar li kienu bi prova ma’ Qormi F.C. ħallew impressjoni tajba madankollu mhux mistennija jinżammu.

Dan hekk kif dan is-sit hu nfurmat li baqa’ ma ntlaħaqx qbil bejn il-klabb u l-plejers dwar il-kuntratt offrut.

Li dawn il-plejers waslu Malta għal prova ma’ Qormi F.C. kienet aħbar żvelata iktar minn ġimgħa ilu (aqra hawn).

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).