Internazzjonali Kurżitajiet

L-istat ta’ Oklahoma jagħti l-piena tal-mewt lil ħabsi wara eżekuzzjoni li marret ħażin

Qattiel tat-trabi, miżmum il-ħabs f’Oklahoma, għajjat “ġismi qed jinħaraq” hekk kif leheg bl-aktar mod vjolenti fil-kamra tal-mewt matul l-eżekuzzjoni tiegħu f’Oklahoma lbieraħ.

Għaddew għaxar xhur mindu l-istat ta’ Oklahoma fl-Istati Uniti kien fl-aħbarijiet minħabba “prattiċi inumani” wara l-eżekuzzjoni, li marret ħażin, tal-ħabsi Clayton Lockett li leheg u għajjat bl-uġigħ fil-kamra tal-mewt, b’riżultat li ġarrab attakk tal-qalb meta tilqima ta’ midazolam, vecuronium bromide u potassium chloride, falliet milli qatlitu malajr.

L-eżekuzzjoni ta’ Charles Fredeick Warner, għall-qtil ta’ tarbija ta’ kważi sentejn, Adrianna Waller f’Oklahoma City fl-1997, damet 18-il minuta.

L-Imħallef tal-Qorti Suprema Sonia Sotomayor qalet li hi temmen li s-sustanzi wżati fl-eżekuzzjonijiet għandhom ikunu ttestjati għax il-metodu applikat qatt ma kien verifikat xjentifikament.