Malta rreġistrat it-tielet l-ikbar tnaqqis fl-UE kollha f’dik li hi l-produzzjoni mill-fabbriki tagħha.
Statistika tal-Eurostat ippubblikata din il-ġimgħa tgħid li waqt li l-medja tal-pajjiżi tal-UE u anke dawk li għandhom il-munita ewro kibret b’0.2% f’Novembru li għadda mqabbla max-xahar ta’ qabel, Malta naqqset il-produzzjoni industrijali tagħha b’1.4%.
Minn 28 pajjiż membru tal-UE, żewġ pajjiżi biss ġabu riżultat agħar minn dak ta’ Malta. Il-Litwanja naqqset il-produzzjoni industrijali tagħha bi 2% u l-Latvja b’1.7%.
Il-Eurostat qalet li meta t-tqabbil isir bejn Novembru li għadda u dak tas-sena ta’ qabel, ir-riżultati għal Malta huma agħar għaliex il-produzzjoni mill-fabbriki naqset bi 2.5%.
//= $special ?>