Futbol Sport

Marcelinho mistenni jiffirma ma’ Qormi

Il-midfielder avvanzat mill-Brażil Roberto Lima de Matto, jew kif inhu magħruf aħjar bħala Marcelinho, mar tajjeb fil-prova li kellu ma’ Qormi tant li d-dirinġenza tal-klabb iddeċidiet li toffrilu kuntratt,

Il-firma tal-plejer mistennija fil-jiem li ġejjin.

Marcelinho, li għandu 28 sena,lagħab għal diversi klabbs fis-Serie A u B tal-Brażil, ewlenija fosthom Atletico PR, Figuerense, Criciuma u Nautico.

Il-wasla ta’ dan il-plejer f’Malta kienet tħabbret l-ewwel minn Replay (Net Television) u fuq Maltarightnow (ara hawn).