Internazzjonali Kurżitajiet

Mijiet ta’ rigali għall-Prinċep George

Il-Prinċep George kiseb 706 rigali minn żjarat irjali f’diversi pajjiżi matul is-sena li għaddiet – seba’ darbiet aktar mir-Reġina.

L-iżgħar membru tal-Familja Rjali rċieva 671 rigal matul iż-żjara li għamel fl-Awstralja u fi New Zealand fir-rebbiegħa li għaddiet, bil-kumplament ingħataw lill-ġenituri tiegħu u lill-Prinċep ta’ Wales fuq vjaġġi f’pajjiżi barranin.

Fost l-aktar oġġetti eżotiċi li ngħataw lill-Prinċep, li issa għalaq 18-il xahar, hemm dgħajsa, surfboard personalizzata, rocking horse, żewġ pari ta’ bwiets magħmulin mill-ġilda tan-nagħaġ u rota. Il-maġġoranza vasta tar-rigali, madankollu, kienu ġugarelli, kotba u ħwejjeġ.

Fl-Awstralja u fi New Zealand, membri mill-pubbliku taw lill-Prinċep George 249 ġugarell u logħba, 138 oġġett tal-ħwejjeġ, 143 ktieb u 25 biċċa ta’ tagħmir sportiv.