Internazzjonali

Min iħobb il-qtates hu ‘aktar kreattiv u avventuruż’

Mill-Arkivji

Studju partikolari mill-Universita ta’ Kalifornja ħareġ b’indikazzjonijiet interessanti dwar il-personalitajiet tas-sidien tal-annimali domestiċi (pets).

Fost dawn insibu li n-nies li jħobbu l-qtates — ‘cat-people’ — huma persuni aktar kreattivi u avventurużi. Madankollu, dawn in-nies għandhom it-tendenza li jkunu ‘aktar ansjużi u newrotiċi minn ħaddieħor’.

Mill-banda l-oħra, s-sidien tal-klieb huma aktar estroverti minbarra li jħobbu jesprimu ruħhom waqt li ‘jiddominaw konversazzjoni’. Dawn in-nies huma anki ċerti minnhom infushom iżda, imbagħad, m’humiex daqstant disposti għal xi avventura.

Iż-żewġ kategoriji ta’ ‘pet-owners’ iridu jieħdu r-raġun dejjem fl-affarijiet li jikkonċernaw lill-annimali tagħhom. Fl-istess ħin, din id-drawwa ma tinżilx tajjeb fost ulied il-persuni speċifiċi, b’dan jirrifletti speċjalment fost it-tfal li qed jippruvaw jiżviluppaw bħala adulti indipendenti.

Ir-riċerka wettquha x-xjenzati mal-‘University of California’, f’Berkeley u kienet ippubblikata fil-Journal of Applied Animal Welfare Science.