Lokali

Peter Paul Zammit jattakka lill-Ispettur Angelo Gafa’

Filwaqt li kulħadd qed jgħid li kien hemm biżejjed provi biex John Dalli jitressaq il-Qorti fuq il-każ ta’ allegat tixħim minn persuna qrib tiegħu – liema każ wassal għar-riżenja sfurzata ta’ Dalli minn Kummissarju Ewropew – l-eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit għadu qed jiddefendi l-aġir tiegħu meta kien fit-tmexxija tal-Korp, u jgħid li ma kellux biżejjed evidenza.

F’kummenti lit-Times, Peter Paul Zammit illum ħareġ jattakka lill-Ispettur Angelo Gafa’. Dan tal-aħħar għadu qed jinsisti li kien hemm biżejjed provi kontra Dalli, iżda Peter Paul Zammit qed jghid li “Gafa’ kien suġġettiv” fl-analiżi tiegħu.

L-Ispettur Gafa’, li investiga bir-reqqa dan il-każ delikat ta’ John Dalli, għadda l-kummenti tiegħu fil-Parlament nhar l-Erbgħa waqt laqgħa oħra tal-Kumitat tal-Privileġġi.