Lokali

Serqa minn ħanut f’Ħal-Balzan

 Ftit tal-ħin ilu għall-ħabta tas-6.35pm seħħet serqa minn ħanut, pet shop, f’Ħal Balzan.
Jirriżulta li s-serqa saret minn raġel armat li rnexxielu jisraq mal-€500 u jaħrab mill-post. Fil-ħanut dak il-ħin kien hemm impjegata ta’ 22 sena li ma ġarbet l-ebda ġrieħi.
Jumejn ilu f’Ħ’Attard saret serqa mill-ħanut Maypole u anke f’dan il-każ il-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post. Mhux eskluż li l-persuna li għamlet is-serqa mill-Pet Shop f’Ħal Balzan hi l-istess waħda li serqet mill-ħanut Maypole.
Aktar dettalji kiif jaslulna