Futbol Sport

Sliema Wanderers jippreżentaw żewġ plejers oħra

Sliema Wanderers ippreżentaw lill-eks midfielder ta’ Floriana FC Joseph Borg u l-attakkant Niġerjan Wisdom Ifeanyi; żewġ trasferimenti żvelati iktar kmieni minn dan is-sit u Replay (Net Television).

Ifeanyi Wisdom issieħeb ma’ SLiema Wanderers b’self mingħand il-klabb tal-Ewwel Diviżjoni St George’s. Hu għad għandu biss 19-il sena. Minn naħa l-oħra Joseph Borg ingħata r-release minn Floriana u għalhekk seta’ jiffirma kuntratt permanenti ma’ Sliema Wanderers.

Fir-ritratt, iż-żewġ akkwisti ġodda mal-kowċ ta’ Sliema Wanderers Stephen Azzopardi.

Iktar aħbarijiet dwar il-futbol lokali fuq Replay (Net Television).