Kellha tkun storja ppubblikata lbieraħ f’MaltaRightNow.com biex il-Gvern jordna investigazzjoni dwar dak li allegatament qed iseħħ fl-Isptar Mater Dei.
Wara li MaltaRightNow.com żvela kif pazjenti tad-dimensja allegatament intrabtu mas-siġġu b’liżar, is-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa qal li l-amministrazzjoni tal-Isptar qed tinvestiga dak li ġie żvelat.
Fi stqarrija, b’reazzjoni għall-istorja tal-bieraħ, is-Segretarjat Parlamentari qal li l-Isptar Mater Dei jisħaq b’mod assolut li dan l-allegat trattament inpropju ma jiffurmax parti mill-proċeduri tal-Isptar.
Ingħad li l-Isptar hu kommess bis-sħiħ li joffri l-aqwa trattament u bl-aktar mod dinjituż lill-pazjenti kollha u fi kwalunkwe ċirkostanza.
//= $special ?>