Fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-Youth FA, li saret nhar it-Tnejn 12 ta’ Jannar ġie diskuss u deċiż li biex jiġu mgħejuna dawk in-nurseries li m’għandhomx numru ta’ plejers biżżejjed skond kif jitolbu r-regolamenti, il-kunsill approva t-tibdil fir-regolament Numru 7 tal-U13 Events.
B’dan it-tibdil, ir-regolament numru 7 issa jgħid li “kull Team għandu jitla’ għal-logħob b’sittax–il plejer. F’każ ta’ dawk it-tims li għandhom inqas, jistgħu jinżlu b’mhux inqas minn 14-il plejer. Bl-ewwel tmien players jibdew l-ewwel taqsima, u bit-tmien players l-oħra jew sitta skond iċ-ċirkustanza, għandhom jiġu mibdula biex jilgħabu mill-bidu tat-tieni taqsima. Kull player irid jilgħab mhux inqas minn taqsima sħiħa.”
Ir-regolament jgħid ukoll li f’kaz li team jitla’ b’inqas minn erbatax-il plejer, tittieħed dixxiplina kontrih skond kif jidhirlu l-Kumitat Organizzattiv, u jekk dan in-nuqqas jiġi segwit aktar minn darba, jista’ jiġi mneħħi mill-kumplament tal-Festival.
Il-Youth F.A. tirraporta b’din it-tkeċċija lill-Amateaur and Youth Committee ta’ l-MFA biex tiġi riveduta l-licenzja ta’ dik in-nursery partikolari.
Iktar aħbarijiet dwar il-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>