Il-goalkeeper żagħżugħ Andrea Cassar, li hu misluf lil Pembroke Athleta għal dan l-istaġun, jista’ jibda jinnegozja kuntratt ġdid ma’ klabb ieħor fi tmiem dan l-istaġun.
Dan wara li l-kuntratt tiegħu jiskadi fi tmiem l-istaġun u Ħamrun Spartans baqgħu m’avviċinawhx biex iġedded il-kuntratt.
Barra minn hekk il-plejer għandu klawżola fil-kuntratt li permezz tagħha mhux marbut bil-parametri u r-release hi tiegħu.
Ir-regoli tal-futbol iħallu li l-klabb li tiegħu l-plejer ikun propjeta’ jinqabeż u klabbs ikunu jistaw jinnegozjaw kuntratt direttament mal-plejer sakemm ikun fadal mill-inqas sitt xhur qabel jiskadi l-kuntratt.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>