Futbol Sport

Charles Naemeka Newuch jiffirma ma’ Pieta Hotspurs

L-attakkant Niġerjan ta’ 29 sena Charles Naemeka Newuch dalgħodu ffirma ma’ Pieta Hotspurs.

Dan il-plejer kien żvelat minn Replay iktar minn ġimgħa ilu (ara hawn).

Dan il-plejer, li wasal Malta nhar il-Erbgħa li għadda, għandu CV interessanti tant li lagħab 23 partita u skorja 12-il gowl mat-tim nazzjonali Niġerjan ta’ taħt l-20 sena.

Hu kien qed jilgħab l-aħħar il-Litwanja iżda lagħab ukoll fil-Gorġja, Moldova u l-Ukrajna.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).