Victoria Hotspurs akkwistaw il-firma tal-attakkant mill-Kamerun Didier Tayou, li għandu 26 sena. Dan hu ritorn għal ayou f’Malta wara li l-istaġun li għadda lagħab għal Mqabba F.C.
Matul il-karriera Tayou lagħab f’diversi pajjiżi ma’ numru ta’ klabbs; fil-Benin ma’ Mogas 90 Cotonou u Energie Cotonou, fil-Kosta tal-Ivorju ma’ AS Denguélé, Stade d’Abidjan u Stella Club d’Adjamé, fit-Tuneżija ma’ Olympique du Kef, fl-Għarabja Sawdita ma’ Najran SFC, fis-Serbja ma’ Sloboda Užice u riċentament fil-Fillandja ma’ AC Oulu.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>