Mill-inqas tliet knejjes ingħataw in-nar fil-kapitali tan-Niger fi protesti ġodda kontra l-karikatura tal-Profeta Muħammad li ġiet pubblikata fir-rivista satirika Franċiża Charlie Hebdo.
Il-protesti tal-lum bdew barra mill-moskea fi Niamey, bil-pulizija tuża l-gass tad-dmugħ. Mijiet ta’ dimostranti nġabru u għajtu “Alla Hu Kbir” bl-Għarbi.
Ilbieraħ, mill-inqas erba’ persuni nqatlu f’Zinder, it-tieni l-ikbar belt fil-pajjiż.
L-Ambaxxata Franċiża avżat liċ-ċittadini tagħhom, li jgħixu fin-Niger, biex ma joħorġux minn darhom.
Protesti simili wkoll saru fil-Jemen.
//= $special ?>