Dingli Swallows mhux se jonoraw il-logħba kontra St. Andrews, li xahrejn wara l-protest ta’ Dingli, ġie deċiż li ssir replay tagħha. Il-Youth FA ġiet mgħarrfa b’dan.
Wara l-protest ta’ Dingli f’Novembru li għadda, f’Diċembru, il-Bord tal-Protesti tal-Youth FA ddeċieda li jagħti l-punti lil Dingli Swallows, deċiżjoni li kienet tfisser li kien hemm bżonn decider bejn St. Andrews u Qormi.
Madankollu St. Andrews appellaw u tlett’ijiem ilu ġie deċiż li l-partita tintlagħab għada.
Iktar aħbarijiet dwar futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>