Waqt il-programm Xarabank tal-Gimgħa filgħaxija il-kantant Fabrizio Faniello tkellem għall-ewwel darba dwar il-problema tad-droga li ilu għaddej minnha fl-aħħar snin.
Fabrizio qal li bħalissa għaddej bi programm biex joħrog ghal kollox mill-vizzju tad-droga.
Il-kantant Fabrizio Faniello li d-droga tant kienet ħakmitu, li spicca biex tilef kull hegga u ma baqax jemmen f’dak li jaghmel.
Fabrizio qal li llum ihossu jghix mill-gdid u qed jerga jikseb il-kuntentizza, id-determinazzjoni u l-motivazzjoni.
Il-programm Xarabank tal-Gimgha filghaxija ddiskuta id-dikriminalizazzjoni tad-droga.
//= $special ?>