Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema qed jappella lill-awtoritajiet biex jirregolaw lill-hawkers li mhux jirrispettaw l-obbligi tagħhom meta jkunu qed ibigħu f’Tas-Sliema partikolarment fil-Promenade.
F’konferenza stampa, flimkien mal-kunsilliera ta’ tas-Sliema, is-Sindku ta’ din il-lokalita Anthony Chircop spjega kif il-fatt li dawn il-hawkers mhux josservaw ir-regoli qed iwassal għal inkonvenjenti kbar għar-residenti partikolarment persuni b’diżabilita.
Anthony Chircop qal li mhux l-ewwel darba li l-kunsill lokali ressaq l-ilmenti tiegħu mal-awtoritajiet dwar dawn l-abbużi iżda dawn l-ilmenti dejjem waqgħu fuq widnejn torox u ma kien hemm l-ebda azzjoni tanġibbli min-naħa tal-awtoritajiet biex dawn il-hawkers ikunu kkontrollati.
Is-Sindku ta’ Tas-Sliema spjega li l-kunsill lokali ma jrid jagħmel l-ebda xkiel lin-negozju imma qed jitlob biss li dan in-negozju għandu jsir fil-konfini tal-liġi u li għandu jkun hemm kontroll u infurzar tal-liġijiet.
//= $special ?>