Internazzjonali

Il-Papa Franġisku jaqta’ ħesrem iż-żjara fil-Belt ta’ Tacloban minħabba maltempata qalila

Il-Papa Franġisku kellu jaqta’ ħesrem iż-żjara f’Tacloban fil-Filippini minħabba xita tropikali qalila li qatlet voluntiera wara li waqa’ xi scaffolding fuqha.

Iżda quddiem mijiet ta’ eluf ta’ Filippini nsara, il-Papa libes inċirata safra tal-plastik, u ċċelebra quddiesa emozzjonanti lil madwar 200,000 persuna f’Tacloban – belt li nqerdet bit-tifun sena u xahrejn ilu.

Madankollu, il-pjani biex iqatta’ ġurnata sħiħa f’Tacloban u f’żoni oħrajn fil-qrib, li wkoll ġarrbu qerda devastanti, sfraxxaw minħabba l-maltemp. B’umiltà kollha, il-Papa talab apoloġija lin-nies li kienu quddiemu qabel ma twassal lejn l-ajruport biex wasal f’Manila qawwi u sħiħ.