Il-plejers ta’ Naxxar Lions illum sellmu l-memorja ta’ Chanelle Bezzina, l-għada li ż-żagħżugħa ta’ 22 sena tilfet ħajjitha ħabta u sabta.
Chanelle kienet partitarja tal-klabb li spiss kienet tattendi għall-partiti. Dan filwaqt lu ħuha hu Luke Bezzina, plejer tal-akkademja ta’ Naxxar Lions.
Il-funeral ta’ din it-tfajla maħbuba minn ħafna se jsir għada l-Ħadd, fit-3.30 ta’ wara nofsinhar fil-knisja parrokkjali tan-Naxxar, bil-familja tappella lil dawk li se jattendu biex jilbsu ħwejjeġ ta’ kulur roża u abjad, kif kienet ix-xewqa tagħha.
//= $special ?>