Fil-Qawra, numru ta’ siġar li kien ilhom għal snin twal imħawwla maġenb il-Harmony Kiosk, mal-promenade, tqaċċtu waqt xogħol li sar mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar matul il-ġurnata tal-Ġimgħa.
Minn informazzjoni li għandna jirriżulta li x-xogħol twaqqaf kmieni wara nofsinhar minħabba problemi bil-permess, imma kien tard wisq għal dawn is-siġar.
Ma’ dan is-sit tkellmu wkoll numru ta’ residenti rrabjati li lanqas biss kienu nfurmati li kien se jsir dan ix-xogħol.
//= $special ?>