Għat-tielet darba fi ftit jiem żiemel ieħor sofra xi ġrieħi wara inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-6.15 ta’ dalgħodu fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Jirriżulta li għal xi raġuni sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’kaxxa li fiha jiġu trasportati ż-żwiemel.
Fil-kaxxa kien hemm żiemel li kien qed jinstaq lejn il-korsa tal-mrsa. Dan sofra xi ġrieħi mal-impatt tant li kellu jsirlu intervent u numru ta’ punti.
Mal-ħabta, il-kaxxa li fiha kien iż-żiemel inqalbet u tkissret.
Ħadd mis-sewwieqa ma’ sofra xi ġrieħi.
//= $special ?>