Lokali

L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Coelics issostni li sussidju ta €30 ma jkoprix l-ispejjeż

L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Coelics appellat lill-Gvern biex iwaqqaf l-implimentazzjoni mas-sistema tal-vouchers sakemm issir analiżi ta’ kemm il-voucher tax-xahar għandu jkun jammonta.

Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni rreferiet għall-istqarrija tas-Segretarju Parlamentari Chris Fearne u qalet li l-pjani tal-Gvern kienu diġa’ deċiżi irrispettivamnet mil-laqgħa li saret.

Fl-istqarrija l-Assoċjazzjoni qalet li bl-ebda mod ma tista’ taqbel mad-dikjarazzjoni tal-Gvern li s-sistema tal-vouchers hi waħda fid-direzzjoni t-tajba għall-fatt li l-persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni llum jirċievu prodotti ta’ kwalita ogħla gluten free miċ-ċentri tas-saħħa milli dawk li jistgħu jinxtraw bil-vouchers ta’ €30 minn kull ħanut ieħor li jipparteċipa fl-iskema.

L-Assoċjazzjoni qalet li fil-laqgħa mas-Segretarju Parlamentari Fearne kienet informata li l-parir li ngħata l-Gvern kien li jissusidja flok jipprovdi l-prodottti gluten free.

Jekk dan kien il-każ, allura jew il-kalkulzzjonijiet kienu kollha żbaljati inkella l-Gvern m’għandux l-intenzjoni li jissusidja il-prodotti kollha li bħalissa jittieħdu mis-Coeliacs

L-Assoċjazzjoni stiednet lis-Coeliacs biex jagħmlu sempliċi paragun tal-prezzijiet tal-prodotti gluten free li huma jirċievu miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara ma’ prodotti oħra u jaħdmu kemm verament hu meħtieġ sussidju biex jagħmel tajjeb għad-differenza fil-prezzijiet.

L-Assoċjazzjoni qalet li għamlet eżerċizzju li minnu rriżulta li l-voucher meħtieġ hu ta’ €70 jekk il-Gvern verament irid jissussidja lil min għandu bżonn flok jaqta’ drastikament il-provvedimenti li sal-lum is-Ceoliacs jibbenifkaw minnhom. L-Assoċjazzjoni sostniet li fid-diskussjonijiet mal-Gvern sa mill-2013 dejjem irrifjutat li taċċetta tnaqqis drastiku fil-prodotti mogħtija lis-Coeliacs.