L-Ewropa tinsab fuq alert massimu wara rejds kontra t-terroriżmu u wara arresti ta’ militanti Iżlamiċi suspettati.
Aktar minn 20 persuna kienu arrestati fil-Belgju, fi Franza u fil-Germanja filwaqt li l-Belgju ngħaqad ma’ Franza u bagħat diversi suldati u pulizija f’ħafna postijiet strateġiċi jew importanti fil-pajjiż.
Truppi intbagħtu madwar il-Belgju biex jgħassu postijiet li jistgħu jkunu miri għal attakki terroristiċi, wara serje ta’ rejds u arresti kontra t-terroriżmu. Madwar 300 suldat huma mobilizzati fi bliet bħal Brussell u Antwerp. Is-sigurtà issaħħet f’diversi pajjiżi wara l-attakki f’Pariġi li ħallew 17-il persuna mejta.
Aktar f’il-mument ta’ għada
//= $special ?>